Lokali

Bernard Grech isellem il-memorja ta’ Giorgia

Giorgia, l-anzjana li ftit tax-xhur ilu, f’għeluq sninha, tkellmet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ video call, sfortunatament tilfet ħajjitha fl-aħħar sigħat, fl-età ta’ sabiħa ta’ 101.

Bernard Grech fakkar il-memorja ta’ Giorgia permezz ta’ post fuq Facebook fejn stqarr li ddispjaċieh meta sema’ l-aħbar li ħallietna Giorgia. “F’April kellimtha biex nifirħilha f’għeluq sninha. Kienet għadha kemm għalqet l-età sabiħa ta’ 101. Giorgia, illum insellmulek u nirringrazzjawk. Bil-valuri u l-prinċipji sodi, Giorgia kienet pilastru għall-familja kbira tagħha.”

Il-Kap tal-PN temm il-messaġġ tiegħu bili stqarr li jinsab “imnikket b’din l-aħbar” filwaqt li bgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha tagħha.