Futbol Sport

Cagliari u Verona jkeċċu l-kowċis rispettivi

Cagliari u Verona ħabbru li keċċew il-kowċis rispettivi tagħhom. Cagliari keċċew lil Leonardo Semplici filwaqt li Verona keċċew lil Eusebio Di Francesco.

Cagliari għadhom ma ħadux punt f’dan l-istġun hekk kif ilbieraħ tilfu 3-2 kontra Genoa wara li kienu minn fuq 2-0. Fost il-favoriti li jieħdu post Semplici hemm il-possibilità tar-ritorn ta’ Diego Lopez u anke Walter Mazzari.

Wara li tilfu l-partiti tagħhom kontra Sassuolo, Inter u Bologna, Verona wkoll keċċew lill-kowċ tagħhom Eusebio Di Francesco. Minn naħa tagħhom, Verona ħatru lill-kowċ Igor Tudor.