Coronavirus Lokali

Covid-19: 50 każ ġdid – 26 ifiqu

50 persuna instabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 26 kienu meqjusa imfejjqa biex għaldaqstant, il-każi attivi żdiedu biex issa huma 747.

32 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus u fl-aħħar sigħat żdiedet il-ħames persuna li qed tingħata l-kura fl-ITU.

Fortunatament ma kellniex fatalitajiet f’dawn l-aħħar 24 siegħa u għaldaqstant in-numru ta’ vittmi tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna baqa’ 449.