Il-Ministru Ian Borg mhux jikkommeti ruħu li l-Gvern Laburista se jkun qed jindirizza l-problema tal-għoli tal-ħajja. Il-Ministru kien affaċjat b’dawn id-domandi hekk kif issa ninsabu biss ftit ġimgħat bogħod mill-prezentazzjoni tal-Budget.
Bla dubju, li l-poplu qed jistenna bil-ħerqa dan il-Budget.. u b’mod partikolari se jkun qed jistenna il-mod li bih il-Gvern għandu jindiriza l-għoli tal-ħajja hekk kif aktar familji qed jinnutaw li l-prezzijiet ta’ numru ta’ affarijiet bażiċi qed ikomplu jogħlew b’mod kostanti.
Dan kollu… filwaqt li l-pagi qed jibqgħu l-istess – fattur li qed jurta lil ħafna Maltin speċjalment għall-fatt li fl-aħħar snin, il-Gvern tal-Labour għażel li jagħti lill-ħaddiema żieda ta’ ewro jew ewro u 75 centezmu fil-ġimgħa.
Filwaqt li r-risposta ta’ Ian Borg ma tindirizzax il-karba tal-poplu Malti, il-Ministru sar l-ewwel esponent tal-Gvern illi kellu jammetti li l-għoli tal-ħajja mhux xi ħaġa tal-fantaxjenza. Meta shabu, provaw kontinwament jirredikolaw dan il-fatt. B’kuntrast, il-Ministru Miriam Dalli kienet qaltilna li l-indici tal-prezzijiet f’pajjizna jinsab taht kontroll.
Intant, meta kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti, il-Ministru Ian Borg li taħtu jaqa’ il-proġett kontroversjali tal-Marina f’Marsaskala, baqa’ ma offriex serħan il-moħħ għar-residenti ta’ din il-lokalita’…u filwaqt li jipprova jilghab bid-diskors politiku, xorta halla l-bieb miftuh ghall-marina.
//= $special ?>