Futbol Sport

Ibrahimovic barra mill-partita kontra Liverpool

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic se jkun qed jitlef il-partita mill-UEFA Champions League kontra Liverpool wara li għal darb’oħra sofra injury fil-pexxun. Ibrahimovic irritorna fil-partita kontra Lazio nhar il-Ħadd li għadda wara li ma bediex l-istaġun minħabba injury ukoll.

F’kummenti qabel il-partita Pioli qal li jippreferi li ma jirriskjax lil Ibrahimovic wara l-partita kontra Lazio. Pioli qal li Olivier Giroud irritorna fl-iskwadra wara li kellu l-Cobid-19 u mistenni jkun mal-formazzjoni inizjali ta’ Milan.