Internazzjonali

Il-bidliet fil-klima: Jiżdiedu l-jiem tas-sħana estrema

L-aħħar evalwazzjonijiet dwar kif il-bidliet fil-klima qegħdin jaffettwaw lid-dinja żvelaw li n-numru tal-ġranet iddominati minn sħana estrema għal sena waħda rduppjaw fl-aħħar 20 sena.

Dan ifisser li, meta mqabbel mat-tmeninijiet, illum għandna d-doppju tal-ġranet fejn it-temperaturi laħħqu mal-50 gradi Celsius.

Skont analiżi li saret minn espert tal-BBC, it-temperaturi estremi qed iżidu l-pressjoni fuq diversi zoni tad-dinja – b’effett dirett għal numru sinifikanti ta’ komunitajiet. L-istess analiżi xjentifika uriet li, bejn l-2010 u l-2019, kien hemm 26 jum fejn it-temperaturi laħħqu l-50 gradi celsius. Dan kollu, skont ir-riċerka, hu attribwit għall-ħruq tal-fossil fuels u l-generazzjoni tal-enerġija mis-sorsi tradizzjonali.