Il-Kamra tal-Kummerċ ippreżentat l-proposti tagħha ta’ qabel il-budget lill-Prim Ministru u lill-Kabinett fejn saħqu fuq l-importanza li l-Gvern jindirizza l-bżonnijiet immedjati tan-negozju kif ukoll appellaw għal viżjoni fit-tul. Il-President taċ-Chamber Marisa Xuereb qalet li l-Kamra għal darb’oħra qed tappella lill-Gvern biex ma jkunx populist fil-budget ta’ qabel l-Elezzjoni Ġenerali iżda jippreżenta budget li jidderieġi l-ekonomija lejn irkupru.
Id-diskussjoni f’Kastilja inkludiet ukoll preżentazzjoni tal-proposti tal-Kamra tal-Kummerċ mill-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber Marthese Portelli li huma bbażati fuq 6 temi; it-tkabbir ekonomiku u l-irkupru, governanza tajba, kapital uman u edukazzjoni, diġitalizzazzjoni, sostenibbiltà, u internazzjonalizzazzjoni.
Uħud mill-proposti ewlenin jinkludu:
• Li tkun ndirizzata ż-żieda kostanti fl-impjiegi fis-settur pubbliku.
• Simplifikazzjoni tal-proċeduri eżistenti ta’ kwarantina għal dawk li jivvjaġġaw minn pajjiżi speċifiċi. Il-Kamra tal-Kummerċ tipproponi wkoll l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri biex iżżomm ħaddiema barranin billi tistabbilixxi triq ta’ ċittadinanza għal dawk li jixtiequ jsiru ċittadini Maltin u jippermettu r-riunifikazzjoni tal-familja.
• Li l-Gvern jipprovdi lin-negozji Maltin b’soluzzjonijiet għal dawk li jeħtieġu riżorsi umani.
• 7 t’ijiem addizzjonali ta’ leave ta’ kwarantina għal impjegati mhux imlaqqma għandhom jittieħdu minn leave personali (esklużi każijiet ġustifikati għal raġunijiet mediċi).
• JIġu ndirizzati t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-burokrazija għall-intrapriżi, billi jindirizzaw il-ħtieġa li jirrazzjonalizzaw id-data tad-dipartimentt tal-Gvern u l-iskemi ta’ appoġġ u finanzjament ikunu aktar faċli għan-negozju.
• L-importanza li jiġi stabbilit korp ta’ diliġenza dovuta ċentralizzata bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
• Il-Kamra tal-Kummerċ qed tissuġġerixxi wkoll estensjoni tat-tariffi ta’ matul il-lejl mill-22.00-06.00hrs għal mill-inqas 22.00-08.00hrs.
Il-Kamra tal-Kummerċ ppreżentat total ta’ 200 rakkomandazzjoni makro u settorjali wara konsultazzjonijiet estensivi mal-membri u l-gruppi settorjali tagħha.
//= $special ?>