Mil-lejla jingħata bidu għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-partita minn Grupp E bejn Barcelona u Bayern Munich.
Barcelona minkejja li neħħet lill-attakkant Lionel Messi xorta waħda għadhom b’saħħithom fil-Kampjonat Spanjol kif ukoll jistgħu ikunu sfidanti fl-Ewropa. Minn naħa l-oħra Bayern Munich ukoll jinsabu għaddejijn minn forma tajba u huma fost il-faovriti li jirbħu dan l-unur.
Minn Grupp F, Manchester United jilagħbu barra minn darhom kontra Young Boys, f’partita fejn Cristiano Ronaldo mistenni jagħmel it-tieni debutt tiegħu fl-Ewropa bil-flokk tar-Red Devils.
Ic-champions renjanti Chelsea, f’partita minn Grupp H jilagħbu kontra Zenit St. Petersburg. Chelsea s’issa ddominaw fil-Premier League fejn jidher li bl-iskwadra tagħhom dan l-istaġun jistgħu jkunu favoriti li jżommu dan l-unur.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: GRUPP E: Barcelona v B. Munich 9.00pm, Dynamo Kyiv v Benfica 9.00pm GRUPP F: Young Boys v Man Utd 6.45pm, Villarreal v Atalanta 9.00pm GRUPP G: Sevilla v FC Salzburg 6.45pm, Lille v Wolfsburg 9.00pm GRUPP H: Chelsea v Zenit 9.00pm, Malmoe v Juventus 9.00pm Għada: GRUPP A: Clubb Brugge v PSG 9.00pm, Man City v RB Leipzig 9.00pm GRUPP B: Atletico Madrid v Porto 9.00pm, Liverpool v Milan 9.00pm GRUPP Ċ: Besiktas v B. Dortmund 6.45pm, Sporting v Ajax 9.00pm GRUPP D: FC Sheriff v Shaktar Donetsk 6.45pm, Inter v Real Madrid 9.00pm GRUPP Ċ: Spartak Moscow v Legia Warsaw 4.30pm
//= $special ?>