Lokali

Imut Nestru Camilleri – sinonimu mas-serje ‘Aħn’aħna jew m’aħniex’

Ħal Qormi jinsab f’luttu wara l-mewt ta’ Nestru Camilleri li tħabbret kmieni dalgħodu.

Nestru, magħruf bħala “il-Pere”, kien persuna ċajtiera li f’Ħal Qormi kien persuna maħbub u rispettat minn kulħadd.

Għal snin twal kien jaħdem u jagħti kontribut fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokalità, u b’xi mod jew ieħor kulħadd f’Ħal Qormi xi darba kellu xi esperjenza ħelwa jew ċajtiera mal-Pere.

Ismu jibqa’ żgur sinonimu mas-serje ‘Aħn’aħna jew m’aħniex’. Fil-fatt, il-Pere kien vittma ta’ ċajta meta f’episodju minn din is-serje fuq ix-Xandir Nazzjonali kienu rabtuħ ma’ siġġu, u spiċċa jdaħħak b’mod komuniku pajjiż sħiħ. Tant hu hekk li baqa’ jissemma’ għal xhur sħaħ.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ħasdet lil bosta, speċjalment f’Ħal Qormi fejn qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu.