Sport Waterpolo

Jamie Gambin jissieħeb ma’ Societa Sportiva Lazio fil-Kampjonat A1 tal-Italja

Hija uffiċjali li l-plejer Malti ta’ 22 sena Jamie Gambin ser ikun parti mill-ewwel tim ta’ Societa Sportiva Lazio fil-Kampjonat A1 tal-Italja tal-waterpolo.

Huwa mistenni jiddebutta fit-tim immexxi minn Claudio Sebastianutti nhar il-Ġimgħa fil-Coppa Italia.

Mill-esperjenzi tiegħu f’Malta, Jamie Gambin lagħab kemm fl-Ungerija kif wkoll f’dawn l-aħħar tlett snin ma’ Lindewood University fl-Istati Uniti filwaqt li qabel ingħaqad ma’ Lazio lgħab wkoll fil-Kampjonat A2 tal-Italja ma’ Tuscolano.

Din is-sena SS Lazio apparti l-akkwist ta’ Gambin issaħħew wkoll bl-akkwist tal-Montenegrin Paskovic li lgħab aktar minn 200 partita għal pajjiżu kif wkoll Sven Augusti tal-Kroazja.

Fl-aħħar Kampjonat Lazio zammew posthom fl-A1 grazzi għar-rebħa li wettqu fuq Metanpoli Milano.