Lokali

Jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ ħasil ta’ flus

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra il-Ħasil tal-Flus, fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, se jinħarġu akkużi fil- konfront ta’ erba’ persuni residenti Bormla.

Illum, dawn il-persuni se jitressqu l-Qorti taħt arrest għal ħabta tan-12.30 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco u se jiġu akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus u li naqsu milli jħarsu l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqhom mil-Qorti tal- Maġistrati, fost akkużi oħra.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ se titmexxa mill-Avukati Karl Muscat u Andrea Żammit mill- Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispettur TonJoe Farruġia u l-Ispettur Robert Azzopardi.