Kollox jindika li se jkunu għaddew kważi sentejn qabel ma’ Malta tibda tattwa l-pjan ta’ azzjoni sabiex pajjiżna joħroġ mil-lista l-griza tal-FATF. Dan ifisser li pajjiżna se jibqa’ għal mill-inqas sentejn oħra bir-reputazzjoni tiegħu mtappna – turija ċara ta’ Gvern li mhux qed jieħu azzjoni immedjata biex Malta toħroġ minn din il-lista l-griża.
Mistoqsi dwar dan, il-Ministru Clyde Caruana fl-ebda ħin ma ċaħad li pajjiżna se jdum sentejn biex jibdew isiru xi tibdiliet u tibda tittieħed azzjoni.
“Ir-riżultati nħabbruhom fil-ħin meta jkun f’waqtu“
Bil-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jispiċċa jikkontradixxi lilu nnifsu…
“Vera li l-pajjiż m’għaddhiex minn dan it-test… madanakollu ma jfissirx li ma rreġistrax progress sostanzjali“
… għax kieku pajjiżna vera rreġistra progress, kieku Malta ma kinitx teħel minn dan it-test tant importanti.
Waqt attività li fiha kien imniedi l-Prebudget document, Clyde Caruana ma semma xejn dwar il-piż tal-għoli tal-ħajja li qed jaffettwa lil ħafna familji Maltin u Għawdxin. Mistoqsi dwar dan, Clyde Caruana tefa’ t-tort kollu ta’ din iż-żieda fuq il-pandemija tal-COVID-19.
Fil-preżentazzjoni tiegħu l-Ministru tkellem dwar id-dejn ta’ pajjiżna – dejn li għal dawn l-aħħar snin sploda ‘l fuq tant li jinasb fl-għola livell.
Matul din il-preżentazzjoni kien hemm diversi interventi minn unions u korpi kostitwiti fejn min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Worker Josef Vella tkellem dwar l-importanza li dan il-Budget jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ taħriġ liż-żgħażagħ li ma jkollhomx ħsieb li jkomplu bl-istudji tagħhom l-Università. Huwa enfasizza li dawn l-istudenti għandu jkollhom iktar taħriġ fil-ħiliet tagħhom.
Abigal Mamo il-Kap eżekuttiv taċ-Chamber tal- SME’s tkellmet fuq il-problema li qed jaffaċċjaw diversi negozji meta jiġu biex jieħdu self mill-bank. Min-naħa tiegħu Tony Zahra President tal-MHRA enfasizza li t-turizmu huwa parti essenzjali mill-ekonomija ta’ Malta u għalhekk huwa importanti li pajjiżna jibda jindirizza l-ekonomija l-ħadra u s-sostenibbilta f’dan is-settur.
//= $special ?>