Coronavirus Lokali Unjoni Ewropea

Malta se tirċievi l-ewwel pagament mill-għajnuna finanzjarja għal wara l-Covid

Matul din il-ġimgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen mistennija żżur pajjiżna biex twassal l-ewwel pagament mill-pakkett ta’ €345 miljun li hemm allokati għal Malta mill-Unjoni Ewropea.

L-aħbar twasslet mill-portal tax-Xandir Nazzjonali – konferma kemm il-Maltin u l-Għawdxin qed igawdu direttamenti mill-flus tal-Unjoni Ewropea.

Din l-għajnuna finanzjarja tal-UE hi parti mill-pjan ta’ rkupru approvat mill-Kummissjoni Ewropea stess biex pajjiżna jibda ħiereġ mill-effetti tal-pandemija.