Illum, għal ħabta tal-10:00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Pjazza Anton De Paul, Paola.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 83 sena residenti l-Isla sfat milquta minn Chevrolet Matiz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 74 sena li jirrisjedi Ħal Tarxien.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>