Il-leġġenda tal-Brażil Pele inħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva wara li fl-aħħar jiem kien operat fil-musrana. Pele kien qed jingħata l-kura fl-isptar Albert Einstein f’Sao Paulo fil-Brażil.
It-tifla ta’ Pele, Kely Nascimento qalet li missierha jinsa tajjeb u mingħajr uġiegħ. It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, instablu tumur wara testijiet li sarulu. Fl-aħħar snin saħħet Pele marret lura hekk kif fl-2015 kien idaħħal l-isptar għat-tieni darba f’sitt xhur.
Pele huwa l-aqwa skorer tal-Brażil hekk kif skorja 77 gowl u huwa wieħed minn erba’ players li skorja f’erba’ Tazzi tad-Dinja differenti.
//= $special ?>