Lokali Qorti

“Seta’ kien hemm konsegwenzi agħar li kieku ibni raqad fil-kamra tal-lejl preċedenti” – vittma ta’ sparatura

Anzjan miż-Żejtun, vittma ta’ sparatura mad-dar tiegħu matul il-lejl qal li jinsab inkwetat u mħasseb ħafna wara serje ta’ attakki fil-konfront tiegħu li laħaq il-qofol meta matul il-lejl tal-5 ta’ Awwissu li għadda xi ħadd spara fuq il-bieb tad-dar tiegħu.

“Seta’ kien hemm konsegwenzi agħar. Il-lejl ta’ qabel fejn instabu l-iskrataċċ kien hemm it-tifel. All ħares reġa’ raqad hemm għax min haf x’kien jiġri. Jien u Errol Grech kellna relazzjoni tajba, sa xtara karozza mingħandi, imma issa wisq.

“Heddidni, sibt il-karozza tiegħi Alfa Romeo kollha daqqiet b’xi ġebel meta kienet ipparkjata fejn il-knisja, kemm il-darba heddidni u anke għamilli ħsara fuq propjetà oħra. Mis-CCTV li għandi mad-dar, deheret il-karozza Honda u li l-ispartatura ġiet minn hemm, imbagħad ħarab.”

Emmozjonat George Baldacchino xehed quddiem il-Maġistrat Marse-Anne Farrugia fejn irrakkonta dak li għadda mingħalih wara li bdew isirilu diversi mistoqsijiet mill-Avukat tiegħu Stefano Filletti.

Wara li semgħet ix-xhieda u s-sottomissjonijiet mid-difiża u l-prosekuzzjoni l-Qorti filwaqt li rriffjutat li tagħtu l-pleġġ lil Errol Grech ta’ 41 sena, wkoll miż-Żejtun, qalet li jeżistu biżżejjed provi biex huwa jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Baldacchino qal fil-qorti li xi ġranet qabel l-inċident tal-ispartaura l-akkużat kien ukoll kisisrlu l-katnazz tal-għatba tal-għalqa. Dan kien xi jumejn qabel il-każ tal-isparatura li dwarha xehed li huwa kien fis-sodda. Tenna li kienu xi 2.00am.

Sema’ ħoss kbir u qam u ħasibha t-tieqa tal-kamra tal-banju kienet instabtet u mar jagħlaqa u raqad. Meta qamet il-mara tiegħu xis-6.00am. qatlu li kien hemm toqba fil-bieb tal-kewba u bil-ħġieġ ta’ barra u li nkiser.

Tenna li sa dak il-ħin ma kienx basar li kien tir u mar l-Għassa. Meta kien mistoqsi jekk kellu xi suspett huwa qal lill-Pulizija li kien l-akkużat. Is-Surġent mar għandu u ħaddem il-camera tas-CCTV, u kien dak il-ħin induna li kien hemm iċ-ċomb fil-bieb.

Meta kien għamel l-ewwel rapport ma kienx semma’ sparatura għax kienu għadu ma jafx u ma ndunax Tenna li ċ-ċomb kien għadda minn ġol biex u spiċċa ukoll fis-salott, li jinsab fl-intrata.

Saħaq li ċ-ċomb kien mifrux kollu mal-intrata u s-salott u kien mifrux anke fuq l-affarijiet fosthom fuq żewġ pultruni u l-injam tal-bieb spiċċa wkoll ġewwa. Qal li ċ-ċomb sa daħal fis-sufan ukoll.

Meta l-Pulizija raw raw il-filmati tas-CCTV fil-preżenza tagħhom, deheret il-Honda tal-akkużat, l-istess karozza li kien biegħlu. “Il-Honda deheret wieqfa bil-‘hazard lights’ mixgħula. It-tir ħareġ mill-karozza minn quddiem il-bieba tiegħu u wara bil-Honda huwa saq b’veloċità qawwija,” kompla jgħix ix-xhud.

Fuq il-pedana tax-xhieda spjega li ma tantx qed iħossu tajjeb u qed jaqbduh dwejjaq kbar u jinsab inkwetat ħafna.

L-Avukat Marion Camilleri li flimkien ma’ l-Avukat Franci Debono qed tidher għall-akkużat għamlet talba għall-pleġġ fejn qalet li ommu lesta iżommu miegħu u dan f’rikors li diġa kienet ippreżentat nhar it-Tnejn.

Fir-risposta tiegħu l-Avukat Ġenerali qal li għadu stadju bikri għax għadu ma xehedx, imma issa xehed, qalet l-Avukat Camilleri u dwar li qal l-AĠ fuq il-karattru rafrettarju ta’ Grech, tenniet li huwa diġa għamel perjodu taħt arrest u fuq il-karattru tiegħu wieħed jista’ jsib bilanċ u wieħed m’għandux jinsa l-preżenzjoni tal-innoċenza. “Iva għandu proċeduri pendenti imma għadu mhux ħati,” qalet id-difiża.

Hija talbet ukoll għal xi tip ta’ bail supervision. Dwar saħtu jista’ għandu bżonn xi għajnuna u għalhekk għandu jkollu superviżjoni minn naħa tal-‘probation officer’ biex jekk għandu bżonn il-kura jedodha.

Il- prosekuzzjoni ma qablitx mal-pleġġ u dan minħabba s-serjetà ta’ akkużi fejn mhux inċident wieħed imma tnejn, ħsara u attakk fuq il-persuna, hemm ukoll il-fatt li l-vittma huwa persuna vulnerabbli.

L-Avukat Marion Camiller qalet li din tista tiġi solvuta billi ssir xi tip ta’ ordni ta’ protezzjoni. “Jista’ jingħata ordni li ma jersqax lejn l-akkwati tal-allegat vittma. Il-libertà hija r-regola, kull ma jrid huwa li jinstab bilanċ,” qalet l-avukat.

Il-Qorti qalet li omm l-akkużat toqgħod iż-Żejtun ukoll, fl-istess lokalità tal-vittma. Id-difża qalet li Malta hija dik li hi, kullimkien żgħir  L-Avukat parte civile Stefano Filleti qal li din mhux mhux xi għajta f’nofs ta’ triq u ksur ta’ paċi pubblika. Hawn intużat arma u li ma kellux liċenzja u li ġie sparata fil-pubbliku u lejliet l-isparatura kien hemm rieqed fuq is-sufan ibnu. “Il-possobilità li dan ir-reat jerġa jseħħ huwa kbir, hawn qed nitrattaw in-natura vjolenti tar-reat,” qal l-Avukat Filletti.

Kompla li t-tnejn huma mill-istess raħal bil-vjolenza tista’ tiskala fejn seta’ jkollna riżultat aktar traġiku, dan seħħ f’nofs ta’ lejl u ma kienx provokat.  Filetti qal li hemm il-biża li jista’ jerġa’ jiġi kommess reat simili jew agħar.

Huwa qed jiġi akkużat fost affarijiet oħra fuq pusses illegali tal-arma, li ġarra sa 200 metru minn żona residenzjali, li spara, li  kkawża lill-allegat vittma biża’ mill-vjolenza, fastidju, li nsulenta u hedded lill-vittma u li ħareġ lil hinn mil-limiti ta ’provokazzjoni.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll li kiser il-paċi matul il-lejl, li kiser il-libertà proviżorja kif ukoll li sar reċidiv. Il-Qorti qalet li wara li qieset il-kondotta u l-karattur tal-akkużat u li jista’ jkun li jbati minn xi problemi ta’ saħħa mhux fiżika, hemm biża reali li jekk jingħata l-ġelsien mill-arrest jikkommetti reat ieħor u għaldaqstant ċaħdet it-talba.

Il-Qorti poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’  superviżjoni tempornaja biex wara rapport tal-probation officer tkun f’pożizzjoni li tevalwa il-qagħda tiegħu għall-ħelsien mill-arrest. Il-każ ikompli fil-25 Ottubru li ġej f’12.00pm.