Internazzjonali

Stati Uniti: Texas u Louisiana assedjati mill-maltemp

Uragan li laqat lill-Istati Uniti fil-bidu tal-ġimgħa issa naqas għall-ekwivalenti ta’ maltempata tropikali, Dan wara li l-uragan kien laqat il-kosta ta’ Texas fost il-ħalbiet kbar tax-xita u s-sogru kbir ta’ għargħar qattiel f’dawk iz-zoni.

Il-maltempata ngħatat l-isem Nicholas u minkejja l-element ta’ periklu, fl-aħħar siegħat kien hemm is-sinjali ċari li l-maltemp kien beda jnaqqas mill-qilla preċedenti.

Intant, f’Texas kienu rappuratati mijiet ta’ eluf ta’ każi fejn inqatgħet il-provvista tad-dawl b’kaġun tal-maltemp  u meta l-President tal-Istati Uniti Joe Biden iddikjara emerġenza fl-Istat ta’ Louisiana.

Il-maltempata laqtet lill-Istati Uniti ftit wara li Uragan Ida – li kien il-ħames l-akbar uragan b’saħħtu li qatt laqat lill-pajjiż – ħalla għexieren ta’ mejtin u ‘il fuq minn miljun resident ta’ Louisiana mingħajr servizzi tad-dawl.