Lokali

“Viżjoni ġdida li temmen fil-ħiliet tal-poplu Malti”

Jistqarr dan il-President tal-Kunsill Amministrattiv, Graham Bencini

“Il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-Maltin u l-Għawdxin, jemmen fik …u fil-ħtieġa li pajjiżna jkollu viżjoni ġdida.” Hekk saħaq il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Graham Bencini f’kummenti li ta lil Net News dwar il-festi tal-Indipendenza.

Bencini fakkar kif t-twemmin tal-Partit Nazzjonalista jibqa’ ibbażat fuq il-ħiliet tal-Maltin u ‘l-Għawdxin – kif seħħ 57 sena ilu mal-kisba tal-Indipendenza u 17-il sena ilu mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004. Il-President tal-Kunsill Amministrattiv saħaq li b’dan it-twemmin, il-Partit għandu viżjoni għal ambjent aħjar bi spazji miftuħa għall-familji, vizjoni ghal setturi ekonomici ġodda, b’aktar opportunitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ ….u ħajja aħjar għall-anzjani.


“Biex nagħmlu dan, neħtieġu li inti temmen fina bħalma aħna nemmnu fik. Hemm bżonn li inti tara l-ħtieġa li jkollna bidla fid-direzzjoni ta’ pajjiżna. Hemm bżonn li inti tara l-ħtieġa li tkun parti minn dan il-proċess. Ingħaqad magħna. Kun parti minn din il-viżjoni. Kun parti minn din il-bidla li għandna bżonn għal pajjiżna. Agħmel dan għalik, għal uliedek u għall-familja tiegħek.”

Graham Bencini kellimna wkoll dwar l-importanza tal-attivitajiet li qed isiru b’rabta mal-festi tal-Indipendenza.

“Għada għandna laqgħa oħra tal-Amministrattiv biex niffinalizzaw dawn il-pjanijiet. Għandna programm interessanti li fih kulħadd jista’ jieħu sehem, naturalment fil-limitazzjonijiet tal-COVID-19. Huwa importanti li kull min jieħu sehem, jibbukkja sabiex nirrispettaw il-liġijiet. Hemm programm interessanti u ninsab ċert li kulħadd se jieħu gost b’dawn il-festi.”

Sabiex wieħed jattendi għal dawn l-attivitajiet, għandu jirriżerva postu billi jagħżel il-jum meta jixtieq jattendi u jirreġistra online jew iċempel id-Dar Ċentrali fuq 25965262.

Il-Festi tal-Indipendenza jagħlqu nhar it-Tnejn li ġej bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-Fosos tal-Furjana.