It-tibdil li qed isir fil-PBS permezz tal-bidla minn TVM 2 għal TVM News+ mhi xejn għajr eżerċizzju biex il-Gvern ikomplu jikkontrolla kompletament il-messaġġ li qed jgħaddi għand it-telespettaturi.
Dan mhux biss qed jgħiduh l-impjegati ġenwini li hemm fil-kumpanija, iżda qed joħroġ ċar ukoll mid-dettalji li Net News kiseb dwar l-iskeda l-ġdida li se tibda fi ftit tal-ġimgħat u li waslu mill-istess sorsi li tkellmu magħna mill-qalba tal-PBS.
Sorprendenti mmens il-pjan li jagħmel ir-ritorn fuq TVM wiċċ sinonimu max-xandir fit-tmenijiet. Fuq l-iskeda tas-Sibt għal TVM News+ hemm il-programm Bla Aġenda, li hafna jiftakruh fuq is-Super One. Dak iż-żmien kien jippreżenta l-programm Norman Hamiton.
L-istess Hamilton mistenni jerġa’ jieħu f’idejh dan il-programm ftit ġimgħat wara li tibda l-iskeda. Dan hekk kif l-ewwel ftit edizzjonijiet tal-programm se jiġu ppreżentati minn personalità oħra.
Sa issa, dan il-programm għadu mhux jidher fl-iskeda kif imħabbra, imma Net News jista’ jikkonferma li kollox jinsab lest biex isir.
L-eks DJ tax-Xandir Nazzjonali kien ingħata l-kariga ta’ Kummissarju Għoli għar-Renju Unit ġimgħat wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013.
Minbarra Hamilton, programmi oħra li se jkunu qed jixxandru fuq l-istazzjonijijet Nazzjonali tpoġġew f’idejn persuni li l-Gvern jista’ jserraħ għal kollox rasu mill-lealtajiet tagħhom lejh – kif spjegaw l-impjeati illi tkellmu maghna, u li huma tassew irrabjati ghal dawn il-manuvri.
Quinton Scerri,li kien hemm għidut dwaru li kellu interess jikkandida ruħu mal-Partit Laburista… se jkollu f’idejh il-programm Topik. Scerri se jkun qed jieħu post Mark Laurnence Zammit li fl-istess ħin kien jippreżenta il-programm L-Erbgħa fost il-Ġimgħa.
Ix-xandir Nazzjonali fl-aħħar snin qala’ kritika qawwija fuq in-nuqqas ta’ bilanċ li qed juri … madankollu l-akbar kundanna tawhielu t-tliet imħallfin fuq il-bord tal-inkjesta li tkellmu dwar kif ix-xandir tas-servizz pubbliku kien b’mod sistematiku iħalli barra aħbarijiet u rappurtaġġ dwar korruzzjoni li kien jinvolvi membri tal-Gvern Laburista u uffiċjali għolja oħra tiegħu.
//= $special ?>