Coronavirus Lokali

Anzjana ta’ 88 sena l-450 vittma tal-Covid f’Malta

Mara ta’ 88 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjizna. Mhux magħruf jekk l-anzjana kinitx rikoverata l-isptar, jekk kinitx f’residenza tal-kura tal-anzjani jew jekk mititx f’darha.

Din l-aħħar fatalità ttella’ għal 450 it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom bil-virus f’pajjiżna sa minn Marzu tas-sena l-oħra.

Sadanittant fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 32 każ ġdid ta’ Covd-19 f’pajjiżna u 60 persuna tqiesu bħala mfejqa mill-virus.

25 jinsabu rikoverati l-isptar filwaqt li l-persuni fit-taqsima tal-kura intensiva, b’ħamsa minnhom jibqgħu jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Il-Ministeru tas-Saħħa mhux qed jagħti dettalji dwar persuni rikoverati l-istpar u dwar kif qed ikun trażmess il-virus.