Kultura Lokali

Emma Cutajar b’kanzunetta ġdida ‘Mad at Myself’

Il-Kantanta Emma Cutajar ħarġet is-‘single’ oriġinali l-ġdida tagħha, Mad at Myself.

Mad at Myself issa tinsab fuq il-pjattaformi kollha inkluż fuq Spotify. Din il-kanzunetta tiġi wkoll b’video mużikali li tista’ tara fuq Youtube.

Din il-kanzunetta ġdida tasal ftit xhur wara li Emma ħarġet l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha ‘I Miss You’ li kienet il-kanzunetta oriġinali li kantat waqt l-audition tagħha fil-Malta’s Got Talent u li għaliha kienet ingħatat il-‘Golden Buzzer’. Għat-tieni ‘single’ tagħha, Emma ddeċidiet li għal darb’oħra taħdem mar-rinomati, Peter Borg minn ‘Railway Studio’ u Steven Levi Vella minn ‘LEVIPLUS’.

Mad at Myself hija kanzunetta oħra oriġinali li Emma, li issa għandha 15-il sena, kitbet hi stess. Il-lirika tispjega tajjeb dwar xix inhi din il-kanzunetta, li titkellem dwar esperjenzi li kull persuna tista’ tirrelata magħhom fejn tidħol ħbiberija, imħabba u relazzjonijiet.

Din is-‘single’ ġdida turi wkoll naħa oħra tal-kantanta li bidlet ftit l-istil tagħha waqt li xorta żammet fl-għeruq il-pjanu u l-kitba tal-kanzuneti oriġinali tagħha.

Waqt li tkellmet dwar ‘Mad at Myself’, Emma qalet li b’din il-kanzunetta ppruvat tesperimenta ftit iktar bi stil differenti mill-ħarġiet preċedenti tagħha. Hija rringrazzjat ukoll lil kull min ilu jappoġġjaha matul il-vjaġġ mużikali tagħha s’issa. “Inħossni grata lejn kulħadd għall-appoġġ tagħhom u ġenwinament inħossni xxurtjata li nkun imdawwara b’nies daqshekk bravi fl-industrija. Kuntenta ħafna li kelli l-opportunità nerġa naħdem ma’ Steven Levi Vella u Peter Borg. Grata ħafna wkoll għas-sapport li qed nirċievi minn ħafna nies inġenerali fuq il-media soċjali u mill-media lokali kollha” – Emma.

Sib ‘Mad at Myself’ Online:

Spotify: https://open.spotify.com/track/6hWqTFBIjRX4sUzj1dXg7C?si=4b8d4c58de334080

Youtube: https://youtu.be/VPKkt9EixUY

Il-profili tal-media soċjali ta’ Emma Cutajar:

Instagram: https://www.instagram.com/emma_cutajar/

Facebook: https://www.facebook.com/Emma-Cutajar-2726990220858693

Tiktok: https://www.tiktok.com/@emma_cutajar

Youtube: https://www.youtube.com/channel/UCP9rr_7wAqETvaP4arC0TWw