Lokali Saħħa

Daħlet għall-operazzjoni u spiċċat ma għamlet xejn “minħabba li l-apparat ma kienx steralizzat”

Persuna li tkelmet ma’ Net News stqarret kemm tinsab iddispjaċuta u mħassba minn kif qegħdin isiru l-affarijiet fl-Isptar Mater Dei.

Wara li kienet ilha 4 xhur tistenna sabiex isirilha l-operazzjoni, l-Erbgħa filgħodu stess … meta suppost kellu jsir l-intervent.. wara li l-infermiera ppreparawa għall-operazzjoni, saret taf li l-operazzjoni ma kinitx ser isir.

Ir-raġuni li tawha l-infermiera u l-kirurgu kienet li l-apparat li kellu jintuża waqt l-intervent ma kienx għadu ġie steralizzat .. u għalhekk l-operazzjoni ma setatx tkun possibli.

Minħabba li l-kirurgu jopera darba f’Ġimgħa f’dan l-Isptar, hija saret taf li l-operazzjoni tagħha ġiet posponuta għal bħal llum Ġimgħa.

Din il-persuna sostniet li apparti dan, kien hemm tifel li daħal l-Isptar bl-uġigħ tal-appendicitis, u kien meqjus bħala major case…. iżda l-operazzjoni tiegħu li kella isirlu l-Erbgħa filgħodu wkoll, ġiet ukoll posponuta u skedata għal-aktar tard wara nofsinhar.

Il-persuna li tkelmet ma’ Net News tenniet li din is-sitwazzjoni hija alarmanti u nkwetanti għall-aħħar.