Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq tispara t-tieni missila fi żmien jumejn

Jumejn wara li sparat missilia long range mingħajr munizzjon, il-Korea ta’ Fuq issa sparat żewġ missili ballistiċi mill-kosta tal-lvant tagħha.

L-aħbar waslet mill-Ġappun fejn il-Prim Ministru Yoshihide Suga sejjaħ dan l-aġir bħala oxxen u ddesrivih bħala theddida għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun.

Għadu mhux ċar x’kien il-mira ta’ dawn il-missili jew kemm kienu sparati fil-bogħod… madankollu l-Ġappun qal li flimkien mal-Istati Uniti qed isegwi mill-qrib dak li qed jiġri.

Testijiiet b’missili ballistiċi jmorru kontra r-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti… riżoluzzjonijet li huma intiżi biex ixejnu l-attivitajiet nukleari tal-Korea ta’ Fuq.

Din hi t-tieni darba fi żmien 48 siegħa li l-Korea ta’ Fuq sparat missili. Jumejn ilu kienet sparata missila li kapaċi ġġor munizzjon nukleari u li għandha l-abbiltà li twassal sa 1,500km. Dakinhar, il-missila ma kinitx qed iġġorr munizzjon.

It-tmexxija ta’ Pyongyang hija magħrufa għall-mod kif tiċċensura ħafna aħbarijiet… madankollu fejn jidħlu esperimenti b’armamenti nukleari… dawn ħafna drabi jsiru b’pompa kbira u saħansitra b’parati intiżi bħala dimostrazzjoni tal-forza tal-pajjiż.