Lokali

Il-Ministru Byron Camilleri jibqa’ dgħajjef quddiem id-direttur tal-ħabs – PN

Il-Partit Nazzjonlista jinnota l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar ftit sigħat fejn sar magħruf illi ser jittieħdu passi kriminali kontra żewġ uffiċjali tal-ħabs b’rabta ma’ mewt b’suwiċidju ta persuna żagħżugħa ftit tal-ġimgħat ilu.

Il-Partit Nazzjnalista jinnota illi, minkejja illi l-Gvern ttanta jnaqqas mill-gravitá ta dak li seħħ, illum sar magħruf illi din il-mewt seħħet kawża ta’ azzjonijiet jew nuqqas tagħhom li jimmeritaw azzjonijiet kriminali fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-ħabs.

Fi stqarrija, il-Kelliem għall-Intern, is-sigurta Nazzjonali u ċ-ċittadinanza Beppe Fenech Adami, issa hemm konferma oħra illi s-sitwazzjoni fil-ħabs hija waħda ta’ gravitá tali illi fi żmien perjodu ta’ sentejn mietu xejn anqas min 13-il persuna

Huwa tajjeb illi jittieħdu proċeduri kriminali hekk kif il-Maġistrat inkwirenti sabet nuqqasijiet li seħħew.  Pero’ dan mhux biżżejjed. 

Il-Partit Nazzjonlista jtenni illi l-problema fil-ħabs għandha tiġi indirizzata min fuq sa isfel. Għandha tiġi indirizzata billi filwaqt li l-uffiċjali iż-żgħar jirrispondu għal għemilhom fil-Qorti, l-uffiċjali għolja, inkluż id-direttur tal-ħabs jerfgħu r-responsabbiltá kollha għal dak li seħħ u li għadu qed iseħħ fil-ħabs sal-lum.

Fuq kollox għandu jerfa’ responsabbiltá politika l-Miinistru Byron Camilleri li jibqa’ dgħajjef quddiem sistema immexxija min idrettur li rikbu u li ma għandux il-kuraġġ irażżan.​