Lokali

Il-Prim Ministru jinjora l-problema tal-għoli tal-ħajja

Il-Prim Ministru għal darb ohra spicca jfarfar fuq l-awtoritajiet tas-sahha rigward id-decizjoni li ssir il-kwarantina obligatorja fil-lukandi għal kull min kien qed jidhol mill-pajjizi fuq il-lista l-hamra. U kien biss wara gimghat ta’ kritika min-nies, li spicca ghamel u-turn fuq din il-kwistjoni li swiet mijjiet ta’ ewro ghal diversi familji.

Bil-Prim Ministru… biex jiddefendi ruhu….infexx f’attakk il-Kap tal-PN u fuq il-COVID Action Team tal-Partit Nazzjonalista. Dan meta kien Bernard Grech innifsu li kien minn tal-ewwel illi sejjah ghas-sens komun f’din il-kwistjoni – u l-Gvern spicca kellu jbiddel l-istrategija tieghu.

Intant, din kienet l-ewwel okkazjoni illi fiha stajna nistqasu numru ta’ domandi lill-Prim Ministru Robert Abela, inkluz dwar il-problema tal-gholi tal-hajja. Izda ghal darb ohra…baqa’ ma ta ebda serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru tal-Finanzi din il-gimgha qalilna li ftit li xejn jista jaghmel dwar l-gholi tal-hajja.

U Robert Abela qed jibqa’ jaħrab milli jwieġeb x’mizuri se jiehu biex jindirizza din il-problema li qed taffettwa lil ħafna.