Internazzjonali

Ingilterra: Liz Truss tieħu post Dominic Raab bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson wettaq reshuffle tal-Kabinett tiegħu — bl-aktar bidla li spikkat tinvolvi t-tneħħija ta’ Dominic Raab minn Segretarju għall-Affarijiet Barranin, bil-kariga qed tingħata lil Liz Truss — sa ftit ilu s-Segretarju responsabbli mill-kummerċ internazzjonali.

Dominic Raab, issa ngħata d-dekasteru tal-Ġustizzja u se jaqdi wkoll ir-rwol ta’ Deputat Prim Ministru Ingliż.

Intant, Gavin Williamson tkeċċa minn Segretarju tal-Edukazzjoni u postu, issa, ħadu Nadhim Zawahi; l-eks Segretarju responsabbli mill-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19.

Tkeċċa wkoll Robert Jerrick minn Segretarju għad-Djar, b’din ir-responsabbiltà tgħaddi lil Michael Gove li se jkompli wkoll bid-dekasteru intiż għall-‘firxa tal-ġid u opportunitajiet madwar il-pajjiż’.

Il-Kanċillier Rishi Sunak, li hu responsabbli mill-Finanzi, u s-Segretarju għall-Intern, Priti Patel, se jkomplu fid-dekasteri rispettivi.