Internazzjonali

Irlanda ta’ Fuq: Arrestati dwar il-qtil ta’ ġurnalista

Id-detektivs li qed jinvestigaw il-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee, li kien seħħ fl-2019 fil-belt ta’ Londonderry arrestaw erba’ irġiel li bħalissa qegħdin jgħinu l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet.

L-irġiel, li għandhom bejn id-19 u t-33 sena, kienu kollha arrestati fil-lejl tal-Erbgħa u qed jinżammu taħt il-liġi dwar it-terrur, magħrufa bħala t-Terrorism Act. Huma, intant, kienu trasferiti lejn is-Serious Crime Suit fl-istazzjon tal-pulizija ta’ Musgrave, fil-belt ta’ Belfast.

Lyra McKee intlaqtet minn tiri fatali hi u tosserva l-irvellijiet li kienu għaddejjin fiz-zona ta’ Creggan, f’Londonderry, f’April tal-2019. Intant, raġel partikulari diġà tressqulu akkużi ta’ omiċidju, b’raġel ieġor jispiċċa akkużat bħala instigatur ta’ irvell u reati oħra assoċjati mal-irvell matul il-lejl li fiha nqatlet il-ġurnalista.