Lokali

Jittella il-Festival Internazzjonali tal-Ajru

Bla dubju xi ħaġa li l-pubbliku jkun qed jistenna, ir-Red Arrows lura biex jagħtu spettaklu lil dawk kollha li jkunu qed jistennew l-Air Show.

Wara li l-Australia u Avalon kellhom jikkanċellaw l-airshows tagħhom, opportunita’ tad-deheb wasslet biex Malta u r-Red Arrowa ħadmu flimkien sabiex ir-Royal Air Force aerobatic team jerġa’ jiġi f’pajjiżna.

Ir-Red Arrows għamlu madwar 5,000 display f’57 pajjiż sal-bidu tal-2021. Din ser tkun id-9 darba li ser jiġu jagħmlu spettaklu f’pajjiżna – bl-aħħar darba tkun fl-2014.

Il-festival internazzjonali tal-ajru ser jittella fil-25 u s-26 ta’ Settembru