Internazzjonali

Massakru minn 1,400 denfil fil-Faroe Islands

Aktar minn 1,400 denfil tbiċċru fil-Faroe Islands wara li dgħajjes apposta għalquhom fl-akbar fjord lit-territorju tat-tramuntana tal-Atlantiku nhar il-Ħadd li għadda.

Il-grupp ta’ dniefel iddaħħlu fl-ilmijiet baxxi u hemm inqattlu bi skieken.

Il-karkassi tagħhom imbagħad ittellgħu fuq l-art u tqassmu għall-konsum minn dawk li jgħixu fiż-żona.

Filmati ta’ dak li ġara juru d-dniefel jissieltu f’ilma li sar aħmar bid-dmija tagħhom stess filwaqt li nies fuq il-bajja kienu qed jaraw dan kollu jseħħ quddiem għajnejhom.

Din it-tip ta’ kaċċa hija tradizzjoni fil-Faroe Island u hija xi ħaġa li ilha ssir għal mijiet ta’ snin.