Lokali

Minkejja diversi laqgħat ma’ Infrastructure Malta, it-talbiet tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi ġew injorati

Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi jinsab iddisappuntat li minkejja li saru diversi laqgħat ma’ Infrastructure Malta, rigward l-aħħar proposta li tikkonċerna x-xogħlijiet li qed isiru fi ‘Triq Sant’ Andrija’ fis-Swieqi, issa huwa evidenti li t-talbiet tagħhom qed jiġu injorati, għax jidher li x-xogħlijiet xorta waħda se jsiru. Jidher biċ-ċar li l-Infrastructure malta mhux jagħti każ l-interessi tar-residenti u mhux ippoġġihom bħala prijorità.

L-Infrastructure Malta qed tinjora kompletament l-effetti negattivi ta’ din il-proposta tagħhom billi dawn il-pjanijiet ser jaffettwaw id-dħul u l-ħruġ tal-lokalità b’mod negattiv.

Barra minn hekk b’din il-proposta ser jinġemma traffiku kbir madwar ir-roudabout tat-Triq il-Prekursur. Il-Kunsill Lokali huwa kontra li Triq il-Qasam tiġi triq one-way.

Għal darb oħra, il-Kunsill lokali tas-Swieqi qed jitlob lil Infrastructure Malta sabiex tirrevedi l-proposta tagħhom li tikkonċerna x-xogħlijiet li qed isiru fi ‘Triq Sant’ Andrija’ fis-Swieqi.