Sport Sport Ieħor

Antonia u Victoria Schultheis fuq quddiem fil-Kampjonati tal-Ewropa kategorija 49ER FX

Bidu mill-aqwa għall-aħwa Antonia u Victoria Schultheis fil-Kampjonati tal-Ewropa kategorija 49ER FX li qed isiru f’Thessaloniki fil-Greċja.

Fl-ewwel postijiet tal-kategorija, l-koppja mill-Malta Young Sailors Club f’konfront dirett mal-aqwa parteċipanti mill-Ewropa jibqgħu fost il-favoriti għall-ewwel postijiet f’dawn il-Kampjonati.

Antonia Schultheis u Victoria Schultheis ma setax ikollom bidu aħjar meta rebħu l-ewwel tlett regattas fil-ftuħ tal-kompetizzjoni biex fetħu b’punti netti.

Sfida diretta mill-koppja tal-Ġermanja Maru Scheel u Freya Feilicke b’distakk ta’ tlettax il-punt filwaqt li warajhom il-koppja għal Franza Lara Granier u Amelie Riou b’distakk ta’ 18 il-punt.

Richard Schulteis u Max Korner, fil-klassi 49er fl-ewwel provi temmew fl-44 post min 61 partecipant filwaqt li fit-tieni ġurnata temmew fit-23 post.

Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni Antonia u Victoria Schultheis saħħew posthom fl-ewwel post fejn fit-tieni post telgħu Odile van Aanholt u Elise de Ruyter tal-Olanda