L-Awtorità tal-Ippjanar qablet li għandu jsir żvilupp f’Manoel Island b’vot ta’ 7-0.
Il-vot ittieħed wara laqgħa twila li rat erba’ membri tal-bord u l-Kunsill Lokali tal-Gżira rrekużaw ruħhom hekk kif qalu li kienu diġà ddeċidew dwar din dan l-iżvilupp f’Marzu 2019.
Dan l-iżvilupp se jkun qed jinkludi 300 appartament u għadd ta’ faċilitajiet.
Dan il-permess mhux dak finali u l-MIDI xorta se jkollha tissottometti applikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp qabel mal-proġett jingħata l-approvazzjoni finali.
L-approvazzjoni tal-lum tindika li l-awtorità hija fil-prinċipju favur il-proġett.
//= $special ?>