Formula 1 Sport

Aston Martin se jżommu lil Vettel u lil Stroll

It-tim tal-Formula 1 Aston Martin ikkonfermaw li għall-istaġun li ġej is-sewwieqa tat-tim se jkunu Sebastian Vettel kif ukoll Lance Stroll.

Vettel kellu l-għażla li jġedded b’sena l-kuntratt tiegħu fejn se jibqa’ mat-tim sal-2022. Is-sewwieq ta’ 34 sena qal li jinsab ottimist li l-istaġun li ġej se jkun wieħed pożittiv.

Il-F1 għall-istaġun li ġej bidlet uħud mir-regoli biex jipprova jitnaqqas id-distakk bejn it-timijiet u anke bejn is-sewwieqa. Vettel qal ukoll li permezz ta’ dawn il-bidliet it-timijiet se jkunu aktar viċin xulxin.