Futbol Sport

Id-Daniżi b’saħħithom wisq għall-Maltin

Danimarka ……….. 7

Malta ……………….. 0

F’Viborg, f’partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għal fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2023, ebda problema għad-Danimarka f’partita li ddominaw għal kollox. Id-difiza Maltija żammet l-iskor intatt sal-15 il-minuta meta SANNE TROELSGAARD bir-ras fetħet l-iskor. Fit-23 minuta, minn corner kienet SIGNE BRUUN li bir-ras għelbet lil Xuereb . Tlett minuti wara kien imiss lil STINE LARSEN li tkabbar l-iskor għal 3 – 0 . Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima.

Fis-47 minuta HARDER, captain tad-Danimarka skorjat is-66 gowl mat-tim Nazzjonali biex għamlet l-iskor 4 – 0 Minuta wara SIGNE BRUUN bit-tieni gowl personali skorjat il-ħames gowl. L-iskor kompla jikber fit-78 minuta permezz ta’ SEVECKE għas-6 – 0 filwaqt li s-sebgħa u l-aħħar gowl wasal fid-89 miniuta permezz ta’ SARAH THRIGE It-tim Malti jerġa jkun fl-azzjoni nhar it-Tlieta kontra Bosnia Herzegovina.