Uffiċjali tad-dwana stazzjonati fl-Uffiċċju tal-Merkanzija tad-Dwana Express skoprew pakkett li kien fih kilo marijuana.
Il-pakkett kien indirizzat lejn residenza li tinsab fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-pakkett kien jikkonsisti f’borża tal-plastik li fiha kien hemm żewġ envelops, li kull wieħed minnhom kien fih borża oħra tal-plastik imgeżwra, b’0.5 kilogrammi ta’ sustanza suspettuża.
Iż-żewġ envelops kienu miftuħa u testijiet li saru fuq il-post fuq il-kontenut taw indikazzjonijiet pożittivi li dak li kien hemm ġol-boroż kienet Marijuana.
Il-Pulizija ġiet ikkuntattjata għal aktar investigazzjonijiet.
//= $special ?>