Lokali

Il-Gvern għal darb’oħra reattiv dwar l-electronic tagging – PN

Il-Gvern għal darb’oħra reġa’ kien reattiv għall-proposti mressqa mill-Partit Nazzjonalista. Din id-darba dwar l-użu ta’ moniteraġġ elettroniku tal-priġunieri pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar illi kien hu li diversi xhur ilu ħabbar disa’ proposti intiżi biex jindirizzaw il-problema kbira ta’ affullament fil-ħabs.

Kelliem għall-Intern, is-Sigurtá Nazzjonali,

Il-kelliem għall-Intern, is-Sigurtá Nazzjonali, l-immigrazzjoni u l-Programm ta’ Ċittadinanza Beppe Fenech Adami saħaq kif l-Ministru Byron Camilleri illum għażel li jvara legiżlazzjoni li permezz tagħha ser ikun possibli li jsir moniteraġġ elettroniku tal-priġunieri f’pajjiżna.Dan huwa pass żgħir ‘il quddiem, fejn il-Ministru b’mod reattiv għażel li jvara waħda mill-proposti mressqa mill-Partit Nazzjonalista.

Il-PN ifakkar illi l-popolazzjoni fil-ħabs illum hija d-doppju ta’ dak li kien intenzjonat li jesa’. Dan il-fatt qiegħed ipoġġi presssjoni kbira fuq il-gwardjani tal-ħabs.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex b’mod immedjat jindirizza il-problemi kbar li hemm fil-ħabs illum.

Huwa inutli li l-gvern iwaħħal fil-ħaddiem iż-żgħir li jaħdem fil-ħabs waqt li jibqa’ jiddefendi l-kbarat li taħthom seħħew xejn anqas min 13-il mewta fi żmien sentejn.