Lokali

Il-Ministru responsabbli mill-ħabs jaħrab mill-mistoqsijiet

L-attenzjoni kollha fuq il-Ministru Byron Camilleri wara li din il-gimgha kien konfermat illi zewg persuni se jitressqu l-Qorti b’akkuzi ta’ qtil involontarju fil-habs. Iżda minkejja dawn l-iżviluppi xokkanti…u minkejja li l-Gvern dejjem jiftahar bis-suppost “trasparenza”….il-Ħamis wara nofsinhar il-Ministru tal-Intern, wara konferenza tal-aħbarijiet, ħarab  milli jagħti intervista lil Net News.

Hekk kif din kienet l-ewwel okkazjoni pubblika tal-Ministru Camilleri wara li harget l-ahbar li se johorgu akkuzi kriminali, dan l-istazzjon talab sabiex nieħdu kumment mingħand il-Ministru – talba li ma ġietx milqugħa…bl-iskuża tkun li l-Ministru kellu xi impjenji wara.

Għalhekk, wara li segwejna l-konferenza tal-ahbarijiet…. stennejna lil Byron Camilleri sabiex ikun jista’ jaghtina l-kummenti tiegħu. U minkejja li ħarġu biex jippruvaw iwaqqfuna milli nagħmlu dan, xorta għamilna l-mistoqsija tagħna lil Ministru.

Iżda il-verita hi li Net News daħal u kien preżenti għall-din il-konferenza tal-aħbarijiet, kif jixhdu dawn il-filmati meħuda mill-cameras tagħna.

Byron Camilleri baqa’ jaħrab milli jwieġeb min se jġorr responsabbilta politika għal dak li qed jiġri fil-ħabs …u għaliex qed jibqa’ jiddefendi lid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli. Iżda Byron Camilleri, skomdu għall-aħħar, ġab kull skuża biex jevitana.

Fil-jiem li ġejjin se jitressqu ż-żewġ uffiċjali tal-ħabs b’rabta mal-mewt ta’ omm żagħżugħa li kienet priġuniera – aħbar li kkonfermat is-sitwazzjoni inkwetanti ferm li hemm fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin u titfa’ aktar dawl dwar il-manuvri li qed jintużaw fil-ħabs.

Il-ħaddiema konċernati ġew sospiżi b’mod immedjat u issa huma wkoll soġġetti għall-proċeduri quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.