Lokali

“Il-problema tal-għoli tal-ħajja tiġri minn sena għall-oħra”

Wara li l-Prim Ministru ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet diretti dwar l-għoli tal-ħajja… issa, il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia qalilna biex ma ninkwetawx għax din il-problema tinsab mad-dinja kollha

Il-verita hi li l-problema tal-għoli tal-ħajja tinsab fuq fomm kulħadd minħabba l-fatt li aktar ma’ jghaddu gimghat aktar qed jikber il-piż fuq diversi individwi u familji li mhux jirnexxilhom ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-paga li jaqilgħu.

Kif qal il-Ministru Aaron Farrugia, Net News ilu jipprova jistaqsi dwar dan is-suġġett lil-Ministri… iżda kollha kemm huma b’xi mod jew ieħor qed jaħarbu mill-jagħtu soluzzjonijiet.

Ian Borg, per eżempju, ma kkommettix ruħu li l-Gvern Laburista se jkun qed jindirizza l-problema tal-għoli tal-ħajja propju ftit tal-ġimgħat biss qabel il-prezentazzjoni tal-Budget.

Roderick Galdes minn naħa tiegħu prova jalludi li din il-problema hija indirizzata…filwaqt li Miriam Dalli saħqet li din il-kwistjoni li tinteressa lill-Gvern, iżda fl-istess ħin ma qalitx jekk din il-problema hux ser tkun qed tiġi indirizzata fil-budget li jmiss.

Stħarriġ tal-MISCO fl-aħħar jiem indika 86% tan-nies li pparteċipaw saħqu li fl-aħħar 3 snin ..il-ħajja għolitilhom. U 1% biss qalu li l-ħajja raħset.

Dan filwaqt li meta ġew mistoqsija x’inhi l-problema ewlenija li qed iħabbtu wiċċhom magħha bhalissa…26% saħqu li hija indubjament l-għoli tal-ħajja.