Coronavirus Lokali Saħħa

Imutu żewġ persuni oħra bil-Covid-19

Żewġt irġiel ta’ 67 u 74 sena huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19, bl-ammont ta’ persuni li tilfu ħajjithom kaġun ta’ dan il-virus tela’ għal dak ta’ 452.

Il-każijiet fl-isptar niżlu għal 22, b’4 persuni jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu 25 każ ġdid filwaqt li fiequ 45 persuna mill-imxija. Il-każijiet attivi issa niżlu għal 696.

S’issa ngħataw 4,000 booster doses tal-vaċċin.

Il-Ministeru għadu mhux jagħti dettalji dwar dawk rikoverati fl-isptar, bħal per ezempju l-etajiet jekk humiex imlaqqma jew le, jew jekk kinux trażmissjonijiet lokali jew kawża ta’ vvjaġġar jew kutatt ma’ persuni ġejjin minn pajjiżi oħra.

Fl-aħħar sigħat, sar magħruf ukoll li nfetħet għal darb’oħra sezzjoni tal-kura intensiva fl-isptar Mater Dei. Din is-sala infetħet minħabba li reġa’ kien hemm żieda fil-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna li jeħtieġu l-kura intensiva.

L-għalliema u l-istudenti jitħallew fil-għama

Intant, minkejja li l-Gvern tal-impressjoni li fl-iskejjel kollox jinsab lest għas-sena l-ġdida, jidher li l-affarijiet huma għal kollox differenti. Fil-fatt, ħafna għalliema ma jafu x’se jiġri fi ftit tal-jiem oħra.

Kellmuna wkoll studenti Universitarji illi għadhom ma jafux jekk hux se jkollhom il-lezzjonijiet onlajn jew fil-binja tal-Università, bi studenti f’korsijiet ta’ ammont imdaqqas jitħallew bla gwida dwar x’se jiġri eżatt fil-bidu tas-sena akkademika.