Lokali

“Irridu nindirizzaw l-isfida tal-għoli tal-ħajja”

L-għoli tal-ħajja u l-mod kif din qed taffetwa s-soċjetà Maltija kienet il-qofol tad-diskussjoni fil-programm ‘Dritt għall-Punt’, bi stqarrijiet minn żewġ għaqdiet li għandhom il-polz fuq it-tesut soċjali ta’ pajjiżna….dwar kif jeħtieġ li l-isfida tal-għoli tal-ħajja tkun indirizzata mill-aktar fis.

Andrè Bonello mill-Caritas ħares lejn l-isidi li qed isibu ma wiċċhom l-anzjani, u kemm fir-realtà huma vulnerabbli quddiem din il-problema

Huwa importanti li tiffoka fuq l-anzjani, ukoll matul is-snin, fl-2017 il-KE rat li l-prijorità tal-anzjani għandha tkun pilastru… u kull pajjuż fl-UE għandu jagħti prijorità lill-anzjani”.

Elenka ukoll l-fatt li mhux isibu għajnuna mill-Gvern, u qed iduru għall-għajnuna mill-parroċċi u l-Kunsilli Lokali

“Qed jiġri li l-anzjani qed imorru jfittxu l-għajnuna mill-parroċċi u Kunsilli Lokali”

Min-naħa tagħha l-Alleanza Kontra l-Faqar, permezz tal-kelliem tagħha Matthew Borg, insistiet li s-sistema preżenti qed tittradixxi lil dawk li jaħdmu, u anki lil dawk li għandhom part time, għax uħud minnhom laqas qed ilaħħqu mal-ħajja.

Meta tara persuna  li qed tagħmel dak li hu mitlub minnha… taħdem 40 siegħa, jagħmlu part-time, u xorta jibqgħu f’riskju ta’ faqar, hemmhekk qed nindunaw li s-sistema tal-pagi f’Malta qed tittradihom.

Tul il-programm kien hemm ukoll interventi mid-deputat Cluadette Buttigieg il-kelliema tal-PN għall-Familja u Politika Soċjali fejn stqarret illi jeħtieġ li jkun hemm reviżjoni fil-mod kif tinħadem iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.

“Il-mekkaniżmu jaf jibqa’ kif inhu imma l-pakkett fuq xiex nikkalkulaw il-COLA jrid jinbidel…. Importanti li niddiskutu u nisimgħu l-proposti”

Fl-istess programm, il-Viċi Kap tal-PN David Agius insista li Gvern ġdid Nazzjonalista se jpoġġi s-suġġett tal-għoli tal-ħajja bħala prijorità.

“Gvern ġdida Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech se jkun qed jiftaħ diskussjoni ċara mal-imsieħba soċjali biex din il-problema tkun fuq l-aġenda nazzjonali…. aħna miftuħa li nitkellmu għal-living wage, u anki għal-living income”