Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident f’Għajnsielem

Raġel ta’ 51 sena, illum għal ħabta ta’ nofsinhar, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Triq Kemmuna, f’Għajnsielem.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kentoya u waqa’.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lis-sewwieq u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.