Lokali Unjoni Ewropea

“L-iskema tal-bejgħ passaporti għandha tieqaf” – il-President tal-Kummissjoni Ewropea

F’Malta, jeżistu problemi li jridu jiġu indirizzati – fosthom l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, u l-problema tal-libertà tal-media f’pajjiżna. Dikjarazzjoni li twasslet bla tlaqliq mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen, u li għamlitha bil-Prim Ministru Robert Abela biswitha.

Din l-istqarrija tal-President Von der Leyen waslet wara li l-ġurnalisti Maltin, fil-konferenza tal-aħbarijiet, irrimarkaw kif l-Unjoni Ewropea ma ħaditx azzjoni fil-konfront tal-Gvern meta bdiet tirrenja kultura ta’ impunita u korruzzjoni f’pajjiżna.

Liema sitwazzjoni waslet sabiex tinqatel ġurnalista.  

Tant illi l-għaqda Repubblika fakkret kif l-Unjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà u għandhom jittieħu l-azzjonijiet neċessarji ħalli dawn l-iżbalji ma jerġgħux jiġu ripetuti

Intant, din iz-zjara kienet turija cara ta’ kemm pajjizna ghadu jgawdi mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, hekk kif se jibbenefika minn fondi Ewropej sabiex ikun inidirizzat l-effett li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19.

Waqt din iż-żjara Von der Leyen approvat b’mod uffiċjali l-pjan ta’ rkupru ta’ Malta li jammonta għal madwar 320 miljun ewro. Bil-Prim Ministru stess jammetti li kaxkar saqajh sabiex fassal dan il-pjan.