Futbol Sport

Pelé joħroġ mill-ITU

L-ikona tal-futbol Pelé ħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva iżda għadu qed jinżamm l-isptar f’Sau Paolo. Pelé qed jirkupra tajjeb wara li saritlu operazzjoni biex jitneħħilu tumut fil-musrana. F’messaġġ fuq il-media soċjali Pelé irringrazzja lil dawk kollha li xtaqulu fejqan ta’ malajr filwaqt li b’ċajta qal li lest biex jilgħab id-90 minuta kif ukoll il-ħin barrani. Pelé ilu jbati minn problemi f’ġenbu u jsibha diffiċli biex jimxi mingħaj għajnuna. Pelé rebaħ tliet darbiet it-Tazza tad-Dinja fl-1958, 1962 u fl-1970 u huwa wkoll l-aqwa skorer tal-Brażil b’77 gowl fi 92 partita.