Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fix-Xewkija

Raġel min-Nepal ta’ 28 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Ġwann Battista fix-Xewkija. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm.

Mill-informazzjoni li taw il-pulizija l-ħabta seħħet bejn mutur tal-għamla SYM Symphony misjuq mir-raġel min-Nepal u karozza tat-tip Kia misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti x-Xewkija.

Minnufih fuq il-post mar tim mediku li ħa lix-xufier lejn l-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn hemm kien ċertifikat li qed isofri feriti gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.