Il-Kelb tad-Dwana Sparky, qabad żewġ t’irġiel li kienu fil-pussess ta’ sustanzi illeċiti.
Ilbieraħ, Uffiċjali tad-Dwana li kienu xogħol, għamlu t-tfittxijiet tagħhom fuq 10 passiġġieri rġiel li kienu qed jivvjaġġaw lejn Malta minn Leeds.
L-10 passiġġieri ġew skortati minn uffiċjali tal-pulizija lejn iż-żona tat-tfittxija tad-Dwana fil-wasliet tal-MIA fejn saret it-tfittxija.
Il-bagalji kollha rreġistrati u l-hand luggages kollha tagħhom ġew skannjati u ċċekkjati, bi Sparky tirreaġixxi b’mod pożittiv għal żewġ bagalji.
Żewġ passiġġieri nstabu li kellhom fil-pussess tagħhom sustanzi illeċiti.
Passiġġier wieħed instab li kien qed iġorr borża tal-plastik bi trab abjad, suspettat li huwa Kokaina, u żewġ pakketti ssiġillati li fihom pilloli griżi suspettati li huma Ecstasy.
Il-passiġġier l-ieħor instab li kien fil-pussess ta’ taċċi ta’ sustanza suspettata li hija Marijuana u pakkett li fih suspettat Cannabis.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>