Lokali

Ursula Von der Leyen issellem il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Van der Leyen illum waranofsinhar marret fuq il-post fejn inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017.

Hija sellmet il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia filwaqt li tkellmet mal-familja tagħha inkluż żewġha u binha Matthew.

Von der Leyen saħqet dwar kemm huwa importanti li l-ġurnalisti jkunu mħarsa għax f’soċjetà demokratika huwa importanti li titwassal il-verità kollha liċ-ċittadini. Hija qalet li l-Parlament Ewropew se jkompli jaħdem sabiex jara li l-ġurnalisti jingħataw il-protezzjoni li tixirqilhom.