Futbol Sport

Arrestati xi persuni b’rabta mal-ġlied waqt il-partita bejn Leicester u Napoli

(Ritratt: EPA)

Il-pulizija f’Leicestershire wettqet diversi arresti matul il-jum tal-Ġimgħa b’rabta mal-ġlied li kien hemm fil-partita mill-UEFA Europa League bejn Leicester u Napoli. Il-puluzija qalu li arrestaw tmien partitarji ta’ Napoli u partitarju ta’ Leicester wara ġlied fit-toroq ftit ‘il bogħod mill-King Power Stadium.

Il-pulizija ikkonfermat ukoll li ż-żewġ settijiet ta’ partitarji waddbu diversi oġġetti fil-konfront ta’ xulxin fi tmiem il-partita, għalkemm ma saru l-ebda arresti relatati mal-inċidenti fi tmiem il-partita. Il-partitarji ta’ Napoli ma tħallewx joħorġu mill-istadium qabel ma ħarġux l-kumplament tal-partitarji.

Il-partita intemmet fi draw ta’ 2-2, b’ Victor Osimhen jiskorja darbtejn u jsalva draw għat-tim Taljan wara li marru 2-0 minn taħt.