Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fiż-Żejtun

Raġel ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri ġrieħi gravi wara li safa milqut minn karozza tat-tip Nissan March li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ dalgħodu fid-09:20 fi Triq Bugħarbiel fiż-Żejtun.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.