Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Il-pandemija f’pajjiżna taħsad ħajja oħra

Il-pandemija tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin ħatfet ħajja oħra, raġel ta’ 84 sena sabiex b’hekk il-vittmi tal-virus f’pajjiżna żeidu għal 453 – sitta fl-aħħar ġimgħa.

Dan filwaqt li ġie mħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 27 każ ġdid u fiequ 79 – bil-każi attivi jammontaw għal 643.

Fl-Isptar Mater Dei hemm rikoverati 25 persuna, b’erba’ pazjenti fit-taqsima tal-Kura Intensiva.