Lokali

F’Awwissu, l-indiċi tal-prezzijiet żdied meta mqabbel ma’ Lulju

F’ċifri ppublikati mill-Gvern juru li l-indiċi tal-prezzijiet fix-xahar t’Awwissu żdied meta mqabbel ma’ Lulju.

Filfatt apparti hekk, wieħed jista’ faċilment jinnota li tul l-2021, l-indiċi tal-prezzijiet kull xahar żdied bil-konsegwenza li qed ipoġġi piż fuq l-individwi u familji Maltin u Għawdxin li mhux jirnexxilhom ilaħħqu tal-aħħar tas-sena bil-paga li jaqilgħu.

Fl-aħħar ġimgħat kienu diversi dawk li kitbu fuq il-midja soċjali li din il-problema għandha bżonn tittieħed bis-serjeta u tiġi indirizzata iżda minkejja kollox, meta Net News mar jistaqsi lil diversi Ministri dwar dan, kollha kemm huma b’xi mod jew ieħor qed jaħarbu milli jagħtu soluzzjonijiet u lanqas ma kkommettew ruħhom li l-Gvern ser jindirizza din il-problema fil-budget.